Il-Kap tal-Unit

Il-funzjonijiet tal-Kap tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU)

  • Jimmaniġġja l-impjegati tat-Taqsima u jimplimenta l-business plan.
  • Imexxi u jimplimenta l-obbligi tat-Taqsima.
  • Jipprovdi l-assistenza meħtieġa u jsegwi l-azzjonijiet neċessarji sabiex jiġi żgurat li jingħata servizz tajjeb u fil-ħin.
  • Jikkoordina l-ġbir ta’ informazzjoni u s-sottomissjoni ta’ rapporti ta’ implimentazzjoni fil-ħin.
  • Jikkoordina l-proċeduri relatati mal-procurement u tenders.
  • Jiżgura l-implimentazzjoni korretta tad-Direttiva tal-Għasafar u d-derogi assoċjati.
  • Isegwi laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti tad-Direttivi tan-Natura, inkluż it-Task Force tan-NADEG dwar l-Irkupru ta’ Speċi, dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mad-Direttiva tal-Għasafar, l-AEWA u strumenti oħra.
  • Iħejji u jaġġorna rapporti xjentifiċi dwar l-istat tal-popolazzjoni tal-ispeċi soġġetti għad-derogi taħt l-Artikolu 9(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Għasafar u jippreżenta dawn ir-rapporti lill-Kumitat Ornis.
  • Jikkoordina l-monitoraġġ tal-konformità sabiex id-derogi mill-projbizzjonijiet ġenerali tad-Direttiva tal-Għasafar jiġu implimentati u infurzati kif suppost.
  • Jikkoordina l-ħidma relatata mal-abbozzar ta’ Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali kontra l-qtil, it-teħid u l-kummerċ illegali ta’ għasafar selvaġġi f’konformità mal-obbligi taħt il-Konvenzjonijiet ta’ Berna u l-Konvezjoni dwar l-iSpeċi Migratorji (CMS). Ladarba jitwaqqaf, jipparteċipa f’laqgħat tal-kumitat ta’ tmexxija tal-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali, inkluż konsultazzjonijiet mal-istakeholders.
  • Isegwi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ obbligi taħt il-Konvenzjoni ta’ Berna, il-Konvenzjoni dwar l-Ispeċi Migratorji (CMS), u t-Task Force Intergovernattiv dwar il-Qtil, it-Teħid u l-Kummerċ Illegali ta’ Għasafar Migratorji fil-Mediterran (MIKT) biex tiġi żgurata implimentazzjoni korretta tal-obbligi taħt il-Pjan Strateġiku ta’ Ruma (CMS) u qbil ieħor internazzjonali. Jirrevedi u jipprovdi input għal dokumenti tekniċi u rappurtar assoċjati ma’ dawn il-konvenzjonijiet internazzjonali.
  • Jissorvelja l-ħidma relatata mal-obbligi ta’ rappurtar ta’ Malta taħt l-Artiklu 9 (derogi) u l-Artiklu 12 tad-Direttiva tal-Għasafar u jikkoordina t-tħejjija tar-rapporti assoċjati sabiex jiġu sottomessi fil-ħin.
  • Jissorvelja l-implimentazzjoni tal-istudji nazzjonali ta’ monitoraġġ xjentifiku li jiġbor informazzjoni dwar l-għasafar li jbetju u li jqattgħu x-xitwa f’pajjiżna u dawk li jpassu minn fuq Malta (Artiklu 12).
  • Isegwi l-Grupp ta’ Esperti NADEG dwar ir-Rappurtaġġ għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-obbligi ta’ rappurtar taħt id-Direttiva tal-Għasafar.