L-IMPENN TAGĦNA

 

It -Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi għandha l-kompiti li ġejjin:

• L-implimentazzjoni ta’ riforma kbira tal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-kaċċa u l-insib biex        jiġu żgurati s-simplifikazzjoni, effettività akbar, kif ukoll jiġu żgurati l-infurzar u l-                      konformità taħt sistema aktar robusta ta’ penali u sanzjonijiet;

• Il-koordinazzjoni tal-ħidma tal-istrutturi istituzzjonali meħtieġa, inkluż il-Kumitat Ornis, kif    ukoll kollegament mal-Pulizija, id-Dwana, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u entitajiet    oħra biex jiġu żgurati implimentazzjoni u infurzar adegwat tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-    prattika;

• Iċ-ċentralizzazzjoni, is-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-proċessi tal-liċenzjar u l-      provvista ta’ servizz ta’ one-stop-shop għall-kaċċaturi u n-nassaba;

• Il-koordinazzjoni tal-infurzar;

• Il-promozzjoni tal-għarfien u l-bidla fil-kultura fost il-membri tal-komunità tal-kaċċa u tal-    insib, ibbażata fuq il-prinċipji ta’ sostenibbiltà u użu għaqli tar-riżorsi ekoloġiċi;

• It-twassil ta’ programmi ta’ taħriġ għall-kaċċaturi, nassaba u l-uffiċjali tal-infurzar;

• L-amministrazzjoni ta’ programmi ta’ edukazzjoni u l-eżaminazzjoni tal-kaċċaturi u n-            nassaba;

• Il-kumpilazzjoni tal-istatistika u l-kontroll tal-kwalità tad-data;

• Il-kummissjonar u l-implimentazzjoni tal-istudji u r-rapporti tekniċi meħtieġa;

• Il-ħruġ ta’ diversi liċenzji u permessi u l-kontroll fuq il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-      liċenzja;

• L-iżgurar ta’ impenn u kollegament kontinwu ma’ organizzazzjonijiet tal-kaċċa, NGOs            ambjentali u membri tal-komunità tal-kaċċa u ta’ nassaba.

Fil-qasam tal-politika internazzjonali u tal-UE dwar il-kaċċa sostenibbli, it-Taqsima għandha l-funzjonijiet prinċipali li ġejjin:

• L-iżgurar tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Acquis tal-UE u internazzjonali dwar il-      konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, li jinkludu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-UE            dwar l-Għasafar, il-Konvenzjoni ta’ Berna, il-Konvenzjoni ta’ Bonn u strumenti rilevanti oħra
  tal-UE u internazzjonali, iżda li mhumiex limitati għalihom;

• L-iżgurar tal-implimentazzjoni korretta tad-derogi tal-Artikolu 9;

• Il-koordinazzjoni tat-tħejjija u s-sottomissjoni f’waqtha tad-deroga rilevanti u rapporti            oħra, il-montitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-politika u ż-żamma tal-istatistika meħtieġa;

• L-indirizzar ta’ kwalunkwe proċedura ta’ ksur miftuħa u potenzjali;

• Il-koordinazzjoni mal-uffiċjali nazzjonali, tal-UE u internazzjonali rilevanti u t-twettiq ta’          funzjonijiet oħra relatati kif meħtieġ.