Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) – Formola tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
Fil-25 ta’ Mejju 2018, daħal fis-seħħ ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) (UE) 2016/679, li jirrifletti l-importanza tal-protezzjoni tad-data fid-dinja dejjem aktar diġitali tagħna. Għall-It-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi(WBRU) huwa importanti li l-informazzjoni personali tiġi ttrattata skont il-GDPR.
Id-definizzjoni ta’ “Data Personali” hija data li tidentifika individwu, li tinkludi, iżda mhijiex limitata għal:
- L-isem
- L-indirizz elettroniku
- L-indirizz postali
- Id-data tat-twelid
- In-numru ta’ identifikazzjoni
Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data
It-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) tħaddem politika li ssegwi l-Prinċipji tal-Protezzjoni tad-Data kif stabbiliti fl-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data (Att XX tal-2018). Billi tagħti l-kunsens tiegħek biex tipprovdi l-informazzjoni personali tiegħek lill-WBRU, inti qed taqbel li l-informazzjoni personali li qed tipprovdi għandha tinġabar, tiġi pproċessata u maħżuna skont il-prinċipji deskritti hawn taħt. Din il-politika tistabbilixxi l-bażi li għaliha tinġabar u tiġi pproċessata kwalunkwe data personali tiegħek.
1. L-GĦAN TAL-ĠBIR TA’ INFORMAZZJONI PERSONALI
Il-WBRU tiġbor u tipproċessa informazzjoni personali sa fejn hija strettament meħtieġa sabiex twettaq il-funzjonijiet statutorji tagħha kif preskritt fir-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (S.L. 549.42) tal-Liġijiet ta’ Malta u f’leġiżlazzjoni sussidjarja relatata oħra li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-istess Taqsima. Dawn il-funzjonijiet, fost oħrajn, jinkludu:-
- il-ħruġ ta’ diversi tipi ta’ liċenzji;
- il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni regolatorja applikabbli lill-klijenti tat-Taqsima;
- il-monitoraġġ tal-konformità u tal-infurzar tar-regolamenti applikabbli;
- it-twettiq ta’ studji u stħarriġ meħtieġa u attivitajiet oħra.
Id-data personali tista’ tinġabar, tiġi pproċessata u maħżuna mit-taqsima għall-iskop ta’;
- prevenzjoni, identifikazzjoni u/jew prosekuzzjoni ta’ kwalunkwe attività kriminali li t-taqsima hija marbuta li tirrapporta/taġixxi fuqha waqt li tissodisfa l-obbligi statutorji tagħha;
- ġestjoni interna, riċerka u statistika, amministrazzjoni tas-sistemi, l-iżvilupp u t-titjib tas-servizzi tagħna; u
- tagħmel pubblika l-informazzjoni meħtieġa kif speċifikat fl-istrumenti legali rilevanti.
2. ŻVELAR TA’ INFORMAZZJONI PERSONALI LIL PARTIJIET TERZI
L-informazzjoni personali kollha miġbura mill-WBRU tiġi pproċessata f’ambjent sigur u b’kunfidenzjalità. Il-WBRU se tiżvela biss kwalunkwe informazzjoni personali lill-impjegati tal-WBRU, entitajiet/dipartimenti oħra tal-gvern jew partijiet terzi li jeħtieġu aċċess għad-data tiegħek biex jagħtuk servizz.
Bil-kunsens tiegħek biss – Aħna se naqsmu d-data personali ma’ kumpaniji, organizzazzjonijiet jew individwi barra mill-mandat tal-WBRU. Il-WBRU tirriżerva d-dritt li taħżen u tibgħat kwalunkwe rekord, data u reġistrazzjoni lill-awtoritajiet rilevanti meta tintalab tagħmel dan b’ordni legali tal-Pulizija, tal-Qorti, tat-Tribunal jew ta’ Korp Regolatorju.
3. ŻAMMA TAD-DATA
Aħna mhux se nżommu d-data personali tiegħek għal aktar żmien milli huwa meħtieġ biex il-WBRU tipprovdi tali servizzi u implimentazzjoni ta’ regolamenti taħt ir-responsabbiltà diretta tal-WBRU jew għal kwalunkwe rekwiżit legali jew statutorju.
4. AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI PERSONALI TIEGĦEK
- Bħala suġġett tad-data, għandek dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni personali li l-WBRU għandha dwarek. Bil-liġi għandek dritt;-
- tirċievi kopja tad-data personali li nżommu dwarek;
- tkun infurmat/a dwar kif nipproċessaw id-data tiegħek;
- li kwalunkwe data mhux kompluta jew mhux preċiża li nżommu dwarek tiġi kkoreġuta;
- titlobna nissospendu l-ipproċessar tad-data personali dwarek pereżempju jekk trid tistabbilixxi l-eżattezza tagħha jew ir-raġuni għall-ipproċessar tagħha.
It-talbiet għandhom isiru bil-miktub u jkunu indirizzati lill-Kontrollur tad-Data tal-WBRU. In-numru tal-ID tiegħek, ismek u kunjomok u l-indirizz tiegħek għandhom jiġu sottomessi mat-talba. F’każ ta’ diffikultajiet ta’ identifikazzjoni, tista’ tintalab tippreżenta l-Karta tal-Identità tiegħek..
1. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) jista’ jiġi kkuntattjat fuq:
122, Triq Misraħ il-Barrieri, Santa Venera Tel: (00356) 22155606/07/08
Email: [email protected]
2. Id-data personali kollha għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) (UE) 2016/679 kif ukoll kwalunkwe liġi jew linji gwida applikabbli oħra ppubblikati minn żmien għal żmien.
3. Il-WBRU m’għandha tittrasferixxi l-ebda data personali lil xi parti terza ħlief fil-każijiet speċifikati f’din il-formola ħlief jekk bil-kunsens tal-Applikant jew f’każijiet fejn il-WBRU tkun meħtieġa li tiżvela tali data bil-liġi.
4. Id-drittijiet tal-Applikant bħala suġġett tad-data skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) (UE) 2016/679 għandhom japplikaw. L-abbonat għandu d-dritt li jressaq ilment mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data;
Indirizz: Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPC)
Level 2, Airways House
High Street
Sliema SLM 1549 Malta
Tel: (00356) 2328 7100
Email: [email protected]
5. L-applikant ma jistax jirrifjuta li jagħti data għall-finijiet ta’ tali applikazzjoni.
6. L-applikant jirrikonoxxi li d-data f’tali applikazzjoni għandha tinżamm mill-WBRU.
7. Fuq talba, il-WBRU għandha:
- tneħħi lilek u l-informazzjoni personali tiegħek, mill-bażi tad-data tagħna, u b’hekk tikkanċella l-applikazzjoni tiegħek; jew
- tikkoreġi l-informazzjoni personali li inti tiddikjara li hija żbaljata.
Aġġornamenti għal dan l-Avviż dwar il-Protezzjoni tad-Data
Il-WBRU tirriżerva d-dritt li taġġorna dan l-avviż dwar il-protezzjoni tad-data fi kwalunkwe ħin. L-avviż aġġornat dwar il-protezzjoni tad-data se jiġi ppubblikat fuq is-sit web tagħna. F’każ ta’ xi mistoqsijiet dwar dan l-avviż jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz tad-dettalji pprovduti hawn fuq għall-UPD.