Feb 2025

L-aħħar Aħbarijiet

Din hija parti minn serje ta’ tweġibiet għall-mistoqsijiet frekwenti li tirċievi id-WBRU.

M. Meta jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa għall-għasafar minn fuq l-art?
T. Mill-ewwel ta’ Settembru sal-aħħar ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.

M. Meta jiftaħ l-istaġun tal-insib għall-pluviera u l-malvizz?
T. L-istaġun tal-insib għall-pluviera u l-malvizz huwa mingħajr preġudizzju għar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis u d-deċiżjoni tal-Gvern li jiftaħ staġun tal-insib għal dawn iż-żewġ speċi permezz ta’ Avviż Legali.

Ġeneralment, u mingħajr ebda preġudizzju kif spjegat hawn fuq, id-dati tal-istaġun ikunu:

Malvizz: mill-20 t’Ottubru sal-31 ta’ Diċembru.
Pluviera: mill-1 ta’ Novembru sal-10 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.
Minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa sagħtejn wara nżul ix-xemx.

L-istaġun għal dik l-ispeċi partikolari jista’ jagħlaq qabel id-data msemmija hawn fuq meta tintlaħaq il-kwota rispettiva għal dik l-ispeċi. Fil-ħarifa tal-2024, l-istaġun għall-insib tal-pluviera għalaq fis-27 ta’ Diċembru immedjatament malli intlaħqet il-kwota. Erba’ t’ijiem wara, fil-31 ta’ Diċembru, għalaq l-istaġun tal-insib għall-malvizz.

Fittex

  • Sun
  • Mon
  • Tue
  • Wed
  • Thu
  • Fri
  • Sat
Minn
Sa
Sena
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.