It -Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi għandha l-kompiti li ġejjin:
• L-implimentazzjoni ta’ riforma kbira tal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-kaċċa u l-insib biex jiġu żgurati s-simplifikazzjoni, effettività akbar, kif ukoll jiġu żgurati l-infurzar u l- konformità taħt sistema aktar robusta ta’ penali u sanzjonijiet;
• Il-koordinazzjoni tal-ħidma tal-istrutturi istituzzjonali meħtieġa, inkluż il-Kumitat Ornis, kif ukoll kollegament mal-Pulizija, id-Dwana, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u entitajiet oħra biex jiġu żgurati implimentazzjoni u infurzar adegwat tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil- prattika;
• Iċ-ċentralizzazzjoni, is-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-proċessi tal-liċenzjar u l- provvista ta’ servizz ta’ one-stop-shop għall-kaċċaturi u n-nassaba;
• Il-koordinazzjoni tal-infurzar;
• Il-promozzjoni tal-għarfien u l-bidla fil-kultura fost il-membri tal-komunità tal-kaċċa u tal- insib, ibbażata fuq il-prinċipji ta’ sostenibbiltà u użu għaqli tar-riżorsi ekoloġiċi;
• It-twassil ta’ programmi ta’ taħriġ għall-kaċċaturi, nassaba u l-uffiċjali tal-infurzar;
• L-amministrazzjoni ta’ programmi ta’ edukazzjoni u l-eżaminazzjoni tal-kaċċaturi u n- nassaba;
• Il-kumpilazzjoni tal-istatistika u l-kontroll tal-kwalità tad-data;
• Il-kummissjonar u l-implimentazzjoni tal-istudji u r-rapporti tekniċi meħtieġa;
• Il-ħruġ ta’ diversi liċenzji u permessi u l-kontroll fuq il-konformità mal-kundizzjonijiet tal- liċenzja;
• L-iżgurar ta’ impenn u kollegament kontinwu ma’ organizzazzjonijiet tal-kaċċa, NGOs ambjentali u membri tal-komunità tal-kaċċa u ta’ nassaba.
Fil-qasam tal-politika internazzjonali u tal-UE dwar il-kaċċa sostenibbli, it-Taqsima għandha l-funzjonijiet prinċipali li ġejjin:
• L-iżgurar tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Acquis tal-UE u internazzjonali dwar il- konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, li jinkludu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-UE dwar l-Għasafar, il-Konvenzjoni ta’ Berna, il-Konvenzjoni ta’ Bonn u strumenti rilevanti oħra
tal-UE u internazzjonali, iżda li mhumiex limitati għalihom;
• L-iżgurar tal-implimentazzjoni korretta tad-derogi tal-Artikolu 9;
• Il-koordinazzjoni tat-tħejjija u s-sottomissjoni f’waqtha tad-deroga rilevanti u rapporti oħra, il-montitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-politika u ż-żamma tal-istatistika meħtieġa;
• L-indirizzar ta’ kwalunkwe proċedura ta’ ksur miftuħa u potenzjali;
• Il-koordinazzjoni mal-uffiċjali nazzjonali, tal-UE u internazzjonali rilevanti u t-twettiq ta’ funzjonijiet oħra relatati kif meħtieġ.