FAQs

Peress li dan huwa dokument legali, għandek tagħmel rapport fl-eqreb għassa tal-pulizija tiegħek u tispjega x’ġara. Dan għandu jiġi ppreżentat lill-uffiċċju tagħna flimkien mal-ħlas tal-miżata amministrattiva ta’ €20 sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jinħarġu l-kard u l-ktejjeb. L-uffiċjali tad-WBRU għandhom jiggwidawk dwar id-data meta għandek tiġborhom.

Irreferi għan-noti ta’ gwida taħt ‘Riżorsi’ > ‘Liċenzji’ f’dan is-sit elettroniku. Dawn jispjegaw il-proċedura għal kull kategorija ta’ liċenzja li tista’ tinkiseb.

Tista’ tikkuntattjana bit-telefon jew iżżur l-uffiċju tagħna u titlob bidla fl-indirizz jew bidla fin-numru tal-mowbajl sabiex ir-rekords tagħna u l-liċenzji tiegħek jiġu aġġornati.

L-ewwelnett, iċċekkja li n-numru tal-mowbajl imniżżel fuq il-Liċenzja Ġenerali tiegħek huwa korrett. F’każ li tuża mowbajl b’żewġ sim kards, iċċekkja l-inbox ta’ dik li għandek reġistrata mad-WBRU. F’ħafna każijiet, il-messaġġi mid-WBRU huma ffiltrati minn xi mowbajls u ma jidħlux fl-‘inbox’ normali. Staqsi lill-kumpanija tas-servizz tal-mowbajl tiegħek biex jgħinuk tiżblokka n-numru tagħna.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, tista’ żżur l-uffiċċji tagħna biex timla applikazzjoni u tħallas miżata ta’ €150 għal kull applikazzjoni, skont l-Iskeda X ta’ L.S.549.42.