L-istaġun tal-insib għall-pluviera u l-malvizz huwa mingħajr preġudizzju għar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis u d-deċiżjoni tal-Gvern li jiftaħ staġun tal-insib għal dawn iż-żewġ speċi permezz ta’ Avviż Legali.
Ġeneralment, u mingħajr ebda preġudizzju kif spjegat hawn fuq, id-dati tal-istaġun ikunu:
Malvizz: mill-20 t’Ottubru sal-31 ta’ Diċembru.
Pluviera: mill-1 ta’ Novembru sal-10 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara.
Minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa sagħtejn wara nżul ix-xemx.
L-istaġun għal dik l-ispeċi partikolari jista’ jagħlaq qabel id-data msemmija hawn fuq meta tintlaħaq il-kwota rispettiva għal dik l-ispeċi. Fil-ħarifa tal-2024, l-istaġun għall-insib tal-pluviera għalaq fis-27 ta’ Diċembru immedjatament malli intlaħqet il-kwota. Erba’ t’ijiem wara, fil-31 ta’ Diċembru, għalaq l-istaġun tal-insib għall-malvizz.