Servizzi
Servizzi fi ħdan l-Unità tar-Regolamentazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi
Esplora s-Servizzi
- Għoti ta’ servizz ta’ assistenza lill-klijenti fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (LS 549.42), inklużi, iżda mhux limitati għall-kaċċa għall-għasafar selvaġġi, il-kaċċa u t-teħid tal-fenek selvaġġ, l-insib għall-għasafar, l-ibbalzmar, bird ringing, ir-rekwiżiti legali għaż-żamma tal-għasafar, l-importazzjoni, id-derogi, u r-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet ġenerali skont dawn ir-regolamenti.
- Ħruġ ta’ liċenzji ġenerali għall-kaċċa għall-għasafar fuq l-art, għall-kaċċa għall-għasafar min fuq il-baħar, għall-kaċċa għall-fenek selvaġġ, it-teħid tal-fenek selvaġġ bix-xibka, u għall-insib tal-għasafar.
- Ħruġ ta’ liċenzji speċjali skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Għasafar, inklużi dawk għall-insib tal-Pluviera u l-Malvizz, għar-riċerka fuq is-seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana, għall-kaċċa fir-rebbiegħa, għas-sikurezza tal-avjazzjoni, u għal riċerka xjentifika oħra relatata mal-għasafar selvaġġi. Dawn l-applikazzjonijiet jiġu pproċessati mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni tal-Gvern dwar jekk għandhiex tiġi applikata deroga.
- Ħruġ ta’ liċenzji tal-ibbalzmar skont ir-Regolament 21 tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (LS 549.42).
- Ħruġ ta’ liċenzji għall-bird ringing skont ir-Regolament 23 tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (LS 549.42).
- Reġistrazzjoni ta’ mnasab għall-insib tal-għasafar skont il-parametri stabbiliti fir-regolamenti.
- Amministrazzjoni ta’ multi amministrattivi skont ir-Regolament 27A tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (LS 549.42).
- Ħruġ ta’ liċenzji ġenerali għall-falkunerija skont id-dispożizzjonijiet tal-LS 549.106.
- Ħruġ ta’ liċenzji speċjali għall-falkunerija skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 4(3) 549.106.
- Amministrazzjoni u ġestjoni tal-Fond għall-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi skont ir-Regolament 31 tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (LS 549.42), inkluż l-ipproċessar u l-evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal finanzjament imressqa minn organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) eliġibbli, kif ukoll l-iżgurar tal-konformità mal-linji gwida tal-Fond u mal-ftehimiet ta’ għotja.
- Ipproċessar ta’ talbiet għat-trasferiment u/jew għar-rimi ta’ għasafar ibbalzmati irreġistrati, inkluż l-ipproċessar ta’ talbiet għal ċertifikati wara l-identifikazzjoni tassonomika u t-tagging tal-għasafar.
Esplora s-Servizzi
Closing Date:
28.10.2026