Merħba
It-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi twaqqfet fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali wara d-deċiżjoni tal-Gvern f’Mejju 2013 li jiċċentralizza l-funzjonijiet regolatorji rilevanti li jappartjenu għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (L.S. 549.42) u l-leġiżlazzjoni sussidjarja relatata, u biex jissorvelja u jmexxi l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern fir-rigward tal-governanza sostenibbli tal-kaċċa u l-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi.